Kultura Lokali

Artisti jsebbħu l-ispazji pubbliċi tal-lokalitajiet tagħhom

L-arti fl-ispazji pubbliċi – iniżjattiva li żżewweġ tlett affarijiet differenti. L-arti, il-kommunitajiet u l-ispazji pubbliċi.

Ko-operazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u artisti tal-lokal li se tissarraf f’tisbiħ ta’ bliet u rħula Maltin.

Dan wara li permezz ta’ sejħa pubblika, Kunsilli Lokali f’pajjiżna talbu lill-artisti mill-lokalitajiet taħghom biex jippreżentaw proposti għal installazzjonijiet artistiċi li jistgħu jittellgħu fil-lokalità tagħhom.

Kienu diversi l-artisti li wieġbu għal din is-sejħa biex issa, il-lokalitajiet ta’ Pembroke, Ħal Qormi, Marsascala, In-Naxxar, Iż-Żejtun u Ħad Dingli se jkollhom biċċiet ta’ arti eżibiti b’mod permanenti fl-ispazji miftuħa tagħhom.

L-artisti li se jkollhom l-arti tagħhom eżibiti huma Stephen Saliba għal Pembroke, il-Grupp Forward Architects għal Ħal Qormi, Mario Sammut għal Marsascala, Sonny Gatt għan-Naxxar, Rune Bo Jakobsen għaz-Zejtun u Charles Zammit għal Ħad Dingli.

Minjaturi ta’ dawn il-biċċiet artistiċi jinsabu eżibiti fil-Kavallier ta’ San Ġakbu l-Belt Valletta,