Sewwieq ta’ mutur Belġjan residenti San Pawl il-Baħar ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ fi Triq l-Imdina għall-ħabta tat-15.45hrs meta għal xi raġuni l-mutur tat-tip Kymco misjuq mill-barrani ta’ 50 sena kellu mpatt ma’ vettura tat-tip Honda misjuqa minn żagħżugħ ta’ 27 sena minn Naxxar.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-Belgjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>