Il-Ħadd li għadda saru l-grading tal-kickboxing organizzat mill-World Kickboxing Network u l-Malta Kickboxing Association biex numru sostanzjali ta’ studenti tal-arti marzjali setgħu jirċievu ċ-ċintorin rispettiv li ħadmu għalih f’dawn l-aħħar xhur.
Dan l-eżami fil-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club fil-Fgura u kien immexxi minn Sabom Demis Scicluna. Scicluna kien assistit mill-President tal-WKN Malta Kancho Adrian Axisa, Master Noel Mercieca, Sabom Clayton Micallef, Sabom Karl Mifsud u l-President tal-MKBA Isaac Chetcuti.
L-ewwel sessjoni saret kmieni filgħodu, b’numru sabiħ ta’ studenti b’ċintorin abjad ġew eżaminati għall-ewwel darba biex jiksbu ċ-ċintorin l-isfar. Dawn l-atleti ġodda kienu assessjati fuq diversi tekniki differenti tal-kickboxing kif ukoll fuq il-fiżika tagħhom. Wara saru diversi eżamijiet għal dawk li diġà akkwistaw ċintorini, bl-atleti ġew eżaminati fuq tekniki varji, skont iċ-ċintorin rispettiv tagħhom.
L-istudenti li ġabu ċ-ċintorin l-isfar kienu:
Kibishii Michi Kickboxing Club – Nandor Hornyak u Asia Monaco.
Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Mason Vella Buckland, Cohen Gatt, Ekerly Ellul, Osama Eltay, Gary Aquilina, Julian Galdes, Maria Farrugia, Dylan Callus, Nina Musumeci, Michela Mangion, Yousef Elhaj, Christiane Higgins, Donalise Higgins u Shania Abela.
Ċintorin Oranġjo
Kibishii Michi Kickboxing Club – Andrew Mallia, Ben Amato u Miguel Gauci.
Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Myra Buttigieg, Oceane Bremont, Amy Spiteri, Clayton Camilleri, Matthias Suda u Glenn Galea.
Ċintorin Aħdar
The New Kickboxing Club – Isaac Bugeja u Danzell Azzopardi.
Kibishii Michi Kickboxing Club – Martina Frendo, Kyle Agius, Ryan Bowd u Steve Mallia.
Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Charlone Agius, Xanthe Briffa, Rheanne Briffa, Carlos Murhino, Yasmin Pulis, Stephen Mifsud u Jonathan Muscat.
Ċintorin Blu
Kibishii Michi Kickboxing Club – Jakov Bosnjak.
Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Kayden Paul Camilleri, Ismael Azzopardi, Faith Azzopardi, O’Jay Mangion, Skyler Bezzina u Elise Musu.
Ċintorin Vjola
Ying Yang Team Noel Kickboxing Club – Jean Luca Muscat, Wandy Amber Pace, James Busuttil, Sven Farrugia u Marjohn Sultana.
//= $special ?>