Lokali

Frank V Farrugia jinħatar Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir

Frank V Farrugia - Chairman ġdid tal-Awtorità tax-Xandir

Frank V. Farrugia se jkun iċ-Chairperson il-ġdid tal-Awtorità tax-Xandir li, skont kif mitlub mill-Kostituzzjoni ta’ Malta. Hu għandu jiġi maħtur mill-President fuq il-parir tal-Prim Ministru, wara kkonsulta mal-Kap tal-Oppożizzjoni li fil-fatt qabel ma’ din in-nomina.

Farrugia għandu snin twal ta’ esperjenza fit-tmexxija u fil-ħidma ta’ azjendi u ta’ organizzazzjonijiet kemm privati kif ukoll pubbliċi, fosthom bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Hu beda l-karriera tiegħu fid-dipartiment tal-inġinerija fi ħdan Rediffusion Malta u riċentament kien maħtur Direttur tal-Eurochambers li tirrappreżenta 20 miljun negozju madwar l-Ewropa.

Il-ħatra ta’  Frank V. Farrugia saret wara l-mewt ta’ Martin Micallef, li serva fil-kariga ta’ Chairman tal-Awtorità tax-Xandir bejn l-24 ta’ April 2017 u l-1 ta’ Ottubru ta’ din is-sena.