-Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-gvern għndu jassigura li ma jdaħħal l-ebda liġi li twaqqaf id-dritt tal-espressjoni ħielsa.
Fil-parlament Edwin Vassallo qal li l-gvern għadu jemmen li l-ugwaljanza tfisser uniformità u sostna li hu jemmen li l-ugwaljanza hi r-rispett tad-diversità għaliex in-natrua ma ħolqotx kollox xorta.
Il-Gvrern qed jippreżenta liġi vaga wisq u miftuħa wisq għall-interpretazzjoni għaliex fiha fatturi fejn il-ġudizzju jrid ikun imsaħħaħ fuqhom iżda m’hemm xlinja dritta dwar il-karatteristika.
Hu qal li hu tajjeb li l-liġi tingħata valur għat-tqala u sostna li hawn jidher li l-gvern iċċaqlaq mit-tmien ċelloli li kien isemmi qabel fil-kuntest tat-tarbija fil-ġuf. Edwin Vassallo staqsa jekk il-potenzjal tat-tqala hux qed ikun protett bil-liġi u qal li hemm każi fejn anki deputati jitkellmu kontra l-persuni li ma jaqblux magħhom. Hu poġġa din il-liġi fil-kuntest tal-kitba ta’ mibgħeda u qal li b’din il-liġi l-gvern jew min iħossu inġurjat jista’ jwaqqaf id-dritt tal-espressjoni ħielsa.
Edwin Vassallo tkellem dwar il-whistle blowers u qal li taħt dan il-gvern kien hemm min kien glorifikat u kien hemm min kien kiritikat u staqsa kif dawn se jkunu trattati fil-konfront ta’ din il-liġi. Hu staqsa x’inhi t-tifsira tal-kelma ‘theddid’ fil-liġi u qal li bil-mod kif inhi l-liġi Daphne Caruana Galizia ma setgħetx tikteb dak li kitbet. Din il-liġi fiha klawsoli li se joħonqu t-trankwilità. Fl-edukazzjoni hemm sitwazzjoni fejn l-għalliema tar-reliġjon jistgħu jitkellmu dwar kwistjonijiet relatati mat-twemmin filwaqt li għalliema li ma jgħallmux ir-reliġjon ma jistgħux jagħmlu dan.
Edwin Vassallo tkellem dwar simboli reliġjużi fuq il-bażi kulturali u qal li l-kurċifiss m’għandux ikun impoġġi fil-postijiet fuq il-bażi kulturali iżda fuq twemmin.
//= $special ?>