Lokali

“Il-poplu Malti jixraqlu aħjar minn hekk” – Paul Pace

"Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma kienitx preparata għaż-żieda qawwija fil-popolazzjoni"

“Il-barranin qed joħolqu pressjoni kbira”.

Kliem Paul Pace – President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebe, l-MUMN,l meta mistoqsi dwar iż-żieda fil-popolazzjoni u kemm qed teffettwa s-settur tas-saħħa.

Paul Pace kien il-mistieden ta’ Louise Tedesco fil-programm Fid-Dettall fuq Net TV, fejn qal li ż-żieda fil-popolazzjoni qed toħloq problemi u pressjoni kbira fis-setturi kollha tas-saħħa, kemm fil-kura primarja, fil-wards, fil-maternita, fl-Isptar Monte Carmeli, u f’kull qasam.

Il-President tal-MUMN qal li din iż-żieda ta’ barranin, bla pjan,  irridu nhallsu ghaliha.

Hu qal li d-Diviżjoni tas-Saħħa ma kienitx preparatai għal din iż-żieda fil-qawwija fil-popolazzjoni.

Pace spjega l-isfidi fl-oqsma kollha tas-saħħa, b’konsegwenzi kemm għall-Maltin kif ukoll għall-barranin. Hu qal li qed ikun hemm dewmien twil fil-kura primarja, kultant dewmien ta’ 5 jew 6 sigħat, it-taqsima tal-Emerġenza li dejjem kienet taħt pressjoni qed tkompli tkun taħt pressjoni akbar, is-sodod li mhux qed jiżdiedu fl-isptar, il-fatt li f’Monte Carmeli naqsu s-sodod u żdiedu l-pazjenti. Kollha fatturi li qed iżidu l-istress fuq id-Dipartiment tas-Saħħa.

Il-President tal-MUMN qal li minkejja dan, il-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa…. l-infermiera, il-qwiebel, it-tobba u l-professjonisti kollha, qed ikollhom jagħmlu l-mirakli biex ikomplu jmexxu servizz tas-saħħa li jinsab taħt pressjoni aktar minn qatt qabel.

Paul Pace tkellem dwar Steward Healthcare, fejn qal li sa issa t-track record tagħhom mhuwiex tajjeb. Anke għaliex minkejja l-wegħdiet li kienu għamlu Steward, dawn għadhom ma wettqu xejn.

Dan il-fatt qed iħalli lill-Maltin u lill-Għawdxin mingħajr servizzi meħtieġa fis-saħħa, jew b’servizzi li mhumiex adegwati.

Paul Pace temm jgħid li l-poplu Malti jixraqlu ferm aħjar minn hekk.