Futbol Sport

Il-President ta’ Ħamrun Spartans jassigura li l-ħlas dovut se jsir fil-jiem li ġejjin

Wara li ħarġet l-aħbar tal-, Replay għamel kuntatt mal-President ta’ Ħamrun Nunzio Antignani li kkonferma li l-klabb waqa’ lura bil-pagamenti iżda wiegħed li dawn se jsiru fil-jiem li ġejjin. Antignani ddikjara li saret laqgħa madwar għaxart ijiem ilu, fejn il-klabb serraħ ras il-plejers li kienu se jitħallsu. Madankollu nqalgħu ċirkostanzi li wasslu biex il-pagament baqa’ ma sarx.

Jidher li kien hawn li l-plejers irrikorrew għand il-Malta Football Players Association, li fi stqarrija tat ċans ta’ ġimagħtejn lill-klabb biex jagħmel il-ħlas dovut. Madankollu Antignani qal li l-ħlas se jsir qabel dan l-ultimatum, u l-plejers se jieħdu dak dovut lilhom sa tmiem din il-ġimgħa. “Inserraħ ras kulħadd li l-klabb qed jagħmel dak kollu possibbli biex nirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħna,” stqarr Antignani ma’ Replay.