Lokali

Juventus jiffirmaw ftehim ma’ sponsor ġdid ‘Malti’

Forzaq8

Juventus ħabbru sponsor ġdid li għandu rabta ma’ Malta.

Dan hekk kif il-kumpanija tal-betting onlajn, 10Bet, se tkun l-isponsor uffiċjali ta’ dan il-klabb ewlieni fl-Italja għat-tliet snin li ġejjin.

Il-kumpanija, reġistrata fuq indirizz f’Ħaż-Żebbuġ, topera wkoll minn uffiċċji fl-Iżvezja, l-Irlanda u r-Renju Unit.

Fl-aħħar snin laħqet ukoll ftehim bħala sponsor uffiċjali ta’ Blackburn Rovers F.C. kif ukoll mal-leġġenda Didier Drogba bħala ambaxxatur tagħha.