Il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtá, l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kap tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Omiċidji Keith Arnaud għandhom jixhdu fi-kawża Kostituzzjonali fil-każ li ppreżenta l-Avukat ta’ George Degiorgio, wieħed mill-akkużati minn tlieta dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fejn kien ġie attakkat il-kunċett tal-‘phone tapping’.
L-Imħallef Toni Abela sema’ s-sottomissjonijiet wara li aċċetta talba tal-familja Caruana Galizia biex jintervjenu fil-każ. L-Avukat ta’ George Degiorgio talab lill-Qorti biex jiġu esebiti t-traskrizzjonijiet tal-istqarrijiet mit-tliet akkużati li huma parti mill-atti provi fil-kumpilazzjoni li qed tinstema’ quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

Fis-seduti preċedenti, l-Avukat Cuschieri kien sfida lill-awtoritajiet biex jippreżentaw u jipproduċu l-interċetazzjonijiet ta’ telefonati li l-Prosekuzzjoni kienet ‘għajjtet ħafna fuqhom’ waqt il-ġbir tal-provi fil-Qorti waqt il-kumpilazzjoni.
L-interċettazzjonijiet kienu wasslu lill-Pulizija biex jarrestaw lil George Degiorgio, lil ħuh Alfred Degiorgio u lilk Vincent Muscat, u tressqu bħala l-allegati qattiela tal-ġurnalista.
L-Avukjat Cuschieri kien għamel talba biex Il-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtá, l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kap tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Omiċidji jixhdu fil-kawża Kostituzzjonali, liema talba ġiet milqugħa. Il-Qorti qalet li dawn se tisma’ dawn ix-xhida f’perjodu ta’ jumejn aktar tard dan ix-xahar.
//= $special ?>