- Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li jrid dejjem ikun ikkunsidrat li d-dibattitu dwar l-ugwaljanza jikkonċerna lin-nies u sostna li kulħadd ġej minn xi forma ta’ minoranza fis-soċjetà fejn jista’ jkun diskriminat.
Fil-parlament Karl Gouder qal li fl-aħħar 20 sena l-pajjiż għamel avvanzi kbar fil-kuntest tal-persuni li jisnabu f’minoranzi fosthom il-persuni b’diżabbiltà u d-drittijiet ċivili. Hu qal li hawn qbil fil-prinċipju li jiddaħħlu iktar nisa fil-parlament għaliex in-nisa huma differenti mill-iġriel.
Jeħtieġ iktar nisa fil-bordijiet fis-settur privat ukoll, sostna Karl Gouder, li tkellem dwar l-iżvilupp tas-soċjetà fejn kien hemm perjodi fejn is-soċjetà internazzjonali kienet tippremja l-inugwaljanza. Biż-żmien l-umanità bdiet tifhem li dan il-kunċett irid jispiċċa.
Karl Gouder qal li l-Oppożizzjoni ma taqbilx mal-bord li se jkun kompost dwar id-diskriminazzjoni għaliex dan se jkun appuntat mill-Prim Ministru.
Hu tkellem dwar il-Kummissjoni Venezja fejn il-Ministru qal li dan l-abbozz ta’ liġi hu approvat minn din il-Kummissjoni u staqsa jekk dan hux minnu għaliex mhux konvint li l-Kummissjoni Venezja approvat din il-verżjoni tar-rapport. Hu qal l jekk dan mhux il-każ allura l-Ministru għandu jisjega x’inhi s-istwazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-MEA għandhom numru ta’ problemi fil-kuntest ta’ din il-liġi u dwar id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.
//= $special ?>