Mhux ħofra. Mhux toqba. Mhux pothole.
Ian Borg, spiċċa dahru mal-ħajt, ma jafx kif se jaqbad jispjega b’mod kredibbli lil kull min raha, għalfejn tfaccat toqba fil-flyover li inawgura hu stess ftit tal-jiem ilu biss.
Il-Ministru tal-Infrastruttura li taħtu jaqa’ l-proġett tal-flyovers tal-Marsa, fl-aħħar xhur kien is-suġġett ta’ bosta kritika fuq il-media soċjali, l-aktar minħabba t-traffiku kbir li qed ikun hemm fit-toroq, f’kull ħin tal-ġurnata.
Iżda fl-aħħar ġimgħa din il-kritika kompliet tikber wara li nhar il-Ħamis tfaċċat toqba kbira fil-flyover il-ġdida – toqba li tinfed il-ħxuna kollha tat-triq u li minnha tara taħtek.
Dakinhar, il-Ministru, fuq Facebook, kien qal li dik it-toqba qegħda hemm biex minnha toħroġ flyover ġdida, kif irrappurtaw anke TVM fuq il-portal tagħhom.

Issa, biddel il-verżjoni u qed jgħid li din it-toqba qegħda hemm apposta għax għad trid issir expansion joint.
Mistoqsi għalfejn dawn l-expansion joints ma sarux mill-ewwel, ġaladarba konna nafu li jridu jsiru, l-Ministru Ian Borg qal li l-Expansion Joints ser isiru kollha fl-aħħar tal-proġett.C
Dan ifisser li l-ewwel se jkollna 7 flyovers bit-toqob, imbagaħad, meta dawn jitlestew, imbagħad jitwaħħlu l-expansion joints.
Risposta li tibqa’ ma tispjegax għalfejn dan l-expansion joint ma tlestiex qabel it-triq nfetħet b’tant pompa lejliet l-Indipendenza, f’ċerimonja li għaliha l-poplu Malti ħallas €40,000.
