Is-settur tat-Turiżmu hu wieħed mill-aktar importanti għall-ekonomija tal-pajjiż. Huwa għalhekk li l-istudenti li jkunu qed jistudjaw fl-ITS, għandu jkollhom l-opportunitajiet kollha possibbli ħalli jimxu ‘l quddiem fil-karriera tagħhom.
Fid-dawl ta’ dan, ta’ kull sena, it-tmexxija tal-Istitut torganizza Industry Day … propju biex l-istudenti u dawk kollha interessati jiltaqgħu u jiddiskutu x’se tkun qed toffrilhom id-dinja tax-xogħol.
NET News tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti Andrew Agius Muscat, illi fakkar li t-Turiżmu hu l-qalba tal-ekonomija Maltija. Għaldaqstant, hu appella għal aktar taħriġ fost iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech qal li l-istudenti kollha jistħoqqilhom jibdew jistħarrġu minn qabel dwar x’joffru l-korsijiet.
Fl-attività, evidenti l-entużjażmu fuq wiċċ l-istudenti, li grazzi għal attività bħal din, jistgħu jiftħu aktar il-kurituri tal-opportunitajiet tagħhom.
//= $special ?>