Għawdex Lokali

Patrick il-Ħanfusa jinstab mejjet fid-dar tiegħu f’Għawdex

L-Għassa tal-Pulizija fir-Rabat Għawdex

Ħafna Għawdxin jinsabu maħsuda bl-aħbar illi Patrick Grima, magħruf bħala “Il-Ħanfusa”, nstab mejjet fid-dar tiegħu fir-Rabat. Is-sejba tal-katavru tiegħu saret kmieni dalgħodu.

Il-katavru instab f’dar fi Triq Luigi Vella għall-ħabta tal-10am, bil-Pulizija għaddejja b’aktar investigazzjonijiet.

Patrick il-Ħanfusa kien ikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-1994 bħala l-mexxej tal-Partit tal-Hard Rock u kien ġie elett mal-ewwel għadd. U baqa’ kunsillier sal-1997.

Patrick Grima kellu 62 sena.