Raġel ta’ 25 sena mis-Sudan kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ fi Triq Giovanni Barbara hekk kif ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli.
Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.
//= $special ?>