Il-President taċ-Ċili, Sebastian Pinera, għamilha ċara li mhux beħsiebu jirriżenja minkejja l-jiem konsekuttivi ta’ dimostrazzjonijiet tal-massa kontra l-Gvern ta’ Santiago.
Id-dimostrazzjonijiet bdew, oriġinarjament, minħabba direttiva biex jiżdiedu n-nolijiet tal-metro fil-kapitali u komplew iżidu fl-intensità minkejja li din id-direttiva, fil-preżent, tinsab sospiża.
Il-poplu taċ-Ċili, sadattant, qiegħed jieħu sehem f’numru ta’ marċijiet u azzjonijiet oħra huma u jinsistu għall-bidliet drastiċi fuq livell politiku u daqstant ieħor ekonomiku.
Intant, Pinera insista li se jkompli fit-tmexxija taċ-Ċili waqt intervista li saritlu mill-BBC anki jekk pajjiżu qed jirrifletti nuqqas kbir ta’ ugwaljanza fost il-klassijiet tas-soċjetà. Dan waqt li l-President taċ-Ċili nnifsu, illum, qed jitqies bħala eżempju tal-falliment tal-politika bbażata fuq in-neoliberaliżmu.
Issa, filwaqt li ċ-Ċili għaddejja minn ġimgħa ġdida ta’ protesti fit-toroq, qed tikber is-sejħa tal-poplu kontra ‘il-livelli akbar tal-inugwaljanza’, u fejn iċ-Ċileni qegħdin jinsistu wkoll biex ikollhom Kostituzzjoni ġdida.
//= $special ?>