Futbol Sport

Revokata t-tkeċċija ta’ Heung-Min Son kontra Everton

(Ritratt: EPA)

Il-karta l-ħamra li rċieva Heung-Min Son il-Ħadd li għadda kontra Everton tneħħiet minn bord indipendenti. L-attakkant Korean tkeċċa fid-79 minuta fid-draw ta’ 1-1 kontra Everton għal daħla fuq Andre Gomes u wara li fil-bidu ngħata l-karta s-safra, ftit wara intwera l-karta l-ħamra mir-referee Martin Atkinson. Din it-tkeċċija kienet tfisser sospensjoni awtomatika ta’ tliet logħbiet.

Son deher viżibbilment dispjaċut u bid-dmugħ f’għajnejh wara l-azzjoni hekk kif Gomes kiser l-għaksa leminija. Il-partitarji viċin l-azzjoni kienu wkoll ixxukjati lejn ix-xena tal-għaksa ta’ Gomes.

Stqarrija tal-Premier League wara l-logħba qalet li l-karta ħamra ta’ Son kienet talli pperikolat is-sigurtà tal-plejer li ġrat b’konsegwenza ta’ daħla fil-bidu. L-istqarrija tal-FA Ingliża kkonfermat li Heung-Min Son se jkun disponibbli għat-tliet logħbiet li ġejjin minħabba li tkeċċa b’mod skorrett.

Din id-deċiżjoni hi aħbar tajba għal Mauricio Pochettino li kien sorpriż li l-plejer tkeċċa. Wara l-logħba hu qal li qatt ma kienet l-intenzjoni ta’ Son li joħloq il-problema li nħolqot, bl-injury ta’ Gomes.