Lokali

RITRATT: Kju twil ta’ barranin jistennew il-permessi

Ix-xeni tal-kjus twal jistennew għall-permessi mingħand Identity Malta issa qed jidhru f’Birkirkara, fi Triq il-Wied. Dan wara li Identity Malta fl-aħħar xhur fetħet uffiċċju f’din it-triq.

Għexieren, jekk mhux mijiet, kull filgħodu qed jispiċċaw fi kju biex jinqdew minn Identity Malta.

Minkejja li tbiddel il-post u żdiedu xi ħaddiema, Identity Malta xorta waħda mhix tlaħħaq mad-domanda tal-barranin li ħafna minnhom ikunu jridu jġeddu l-permess ta’ residenza f’pajjiżna.

Fl-aħħar sena aktar minn 17,000 persuna barra mill-UE applikaw għal permess ta’ residenza f’Malta, bil-maġġoranza jiġi hawn biex jaħdmu.