Futbol Sport

Yau-Mun Law joħroġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva

Titjib fil-kundizzjoni ta' saħħtu, għalkemm għadu taħt osservazzjoni intensiva

Fortunatament, il-kundizzjoni ta’ saħħet il-Captain tat-tim Santa Venera Lightnings, Yau-Mun Law, qalbet xi ftit għall-aħjar.

Dan hekk kif inħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei, għalkemm xorta għadu taħt osservazzjoni intensiva fl-istess Sptar.

L-aħbar ħarġet mill-paġna tal-klabb fuq Facebook, fejn kien spjegat li deher xi ftit ta’ titjib fil-kundizzjoni ta’ saħħtu.

Il-Ħamis li għadda, waqt il-logħba kontra Kirkop United, Law sofra minn attakk tal-qalb.

Il-klabb wiegħed li jkompli jagħti l-appoġġ kollu lil Yau-Mun u lill-qraba tiegħu f’dan il-mument delikat.

(Ritratt: Stephen Gatt)