Lokali

Żewġ nisa f’qagħda gravi wara ħabta f’Marsaxlokk

Żewġ nisa kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’ħabta f’Marsaxlokk.

Il-każ seħħ fit-15:15hrs fi Triq iż-Żejtun meta għal xi raġuni mara ta’ 57 sena minn Marsaxlokk tilfet il-kontroll tal-vettura bil-konsegwenza li seħħ impatt ma billboard. Abbord il-karozza kien hemm ukoll mara ta’ 35 sena minn Marsaxlokk kif ukoll anzjana ta 81 sena miż-Żejtun.

Fuq il-post ġiet msejħa minnufih ambulanza li ħadet lit-tlett persuni l-Isptar Mater Dei fejn is-sewwieqa ġiet iċċertifikata li ġarbet ġrieħi ħfief filwaqt li ż-żewġ passiġġieri jinsabu f’qagħda gravi.