Il-Kap tal-PN Adrian Delia u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli l-Erbgħa għamlu żjara ta’ kortesija lill-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici li nhar il-Ġimgħa li ġej, 8 ta’ Novembru, jagħlaq 87 sena.
Matul il-laqgħa l-Kap tal-PN Adrian Delia rringrazzja lill-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici għall-ħidma u l-kontribut politku li hu ta tul il-karriera politika tiegħu u ddeskrieva lil Ugo Mifsud Bonnici bħala wieħed mill-politiċi li għażlu l-politika bħala mezz kif itejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Filmkien mal-President Emeritu, Adrian Delia ddiskuta d-diversi riformi li fil-passat tweqqtu u li fihom Ugo Mifsud Bonnici kien il-viżjonarju li wettaqhom; fost dawn, kien hemm riformi politiċi, kostituzzjonali, demokratiċi u dawk edukattivi wara li Ugo Mifsud Bonnici kien maħtur Ministru tal-Edukazzjoni wara l-1987.
Il-Kap tal-PN, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici trattaw ukoll l-impenn fil-politika u r-relevanza tal-politika f’soċjetà li dejjem qed tinbidel.
Ugo Mifsud Bonnici twieled fl-1932 f’Bormla u hu t-tifel tal-politiku Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, il-Gross. Hu kien elett għall-ewwel darba fil-parlament f’isem il-PN fl-elezzjoni ġenerali tal-1966.
Hu baqa’ jkun elett f’kull elezzjoni ġenerali mal-PN sakemm fl-1994 kien maħtur President tar-Repubblika ta’ Malta.Tul il-karriera politika tiegħu Ugo Mifsud Bonnici serva wkoll bħala President tal-Kunsill Ġenerali tal-PN u kien fuq quddiem f’diversi riformi politiċi fosthom il-ġlieda għal-libertà u d-demokrazija tat-tmeninijiet, ir-riformi interni fil-PN fis-ebgħinijiet, ir-riforma Kostituzzjonali tar-Repubblika u r-riforma fis-sistema edukattiva f’Malta.
//= $special ?>