Id-dubji dwar Arsenal komplew jikbru hekk kif naqsu li jiksbu rebħa fil-Portugall meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 kontra Vitoria Guimaraes. Il-Gunners ġejjin minn sensiela ta’ prestazzjonijiet mhux konvinċenti li poġġew pressjoni fuq il-manager Unai Emery. Dan ir-riżultat kienet tpattija sportiva għal Vitoria Guimaraes li ġimagħtejn ilu kienu megħluba fl-94 minuta bi free-kick ta’ Nicolas Pepe. Dan kien l-ewwel punt tat-tim immexxi minn Ivo Vieira.
Arsenal marru fil-vantaġġ fil-81 minuta meta minn free-kick mix-xellug ta’ Nicolas Pepe, għola tajjeb id-difensur Shkodran Mustafi li b’daqqa ta’ ras għar-rokna ma tax lil Douglas. Il-Portugiżi ġabu d-draw fil-91 minuta meta minn daqqa ta’ ras, il-ballun spiċċa fid-direzzjoni ta’ Bruno Duarte li b’konklużjoni fl-arja lil Emiliano Martinez.
//= $special ?>