Futbol Sport

Bayern Munich u Juventus l-ewwel żewġ timijiet kwalifikati mal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich taħt it-tmexxija temporanja ta’ Hans-Dieter Flick, ikkwalifikaw mal-aħħar 16 b’rebħa ta’ 2-0 kontra Olympiacos. ROBERT LEWANDOWSKI fetaħ l-iskor fid-69 minuta meta kompla għal ġewwa kross mil-lemin ta’ Kingsley Coman. IVAN PERISIC irdoppja fid-89 minuta meta skorja mill-kaxxa ż-żgħira wara li tħalla żmarkat.

Juventus aċċertaw mill-kwalifikazzjoni b’rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Lokomotiv Moscow. Huma fetħu l-iskor wara erba’ minuti bil-gowlkiper Guilherme ma jżommx free-kick ta’ Cristiano Ronaldo u AARON RAMSEY kompla l-ballun għal ġewwa.

Ir-Russi ġabu d-draw fit-12-il minuta permezz ta’ ALEKSEY MIRANCHUK wara li daqqa ta’ ras tiegħu stess kienet ħabtet mal-wieqfa. Il-gowl importanti għal Juventus wasal fit-93 minuta b’azzjoni sabiħa ta; DOUGLAS COSTA li ħabbat il-ballun ma’ Gonzalo Higuain u skorja b’xutt fil-baxx.