- Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li erba’ min-nies li kienu jiltaqgħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista llum stupraw l-ambjent.
Fl-Aġġornamnet tal-parlament Ivan Bartolo tkellem dwar l-ambjent u qal li kuħadd għandu jieħu ħsieb l-ambjent. Meta neqirdu l-ambjent inkunu qed neqirdu lilna nnfushom bil-kampanji jinksew bil-konkos waqt li nisparaw fuq kull ħaġa li ttir u għandha l-ħajja, sostna Ivan Bartolo, li kompla li fil-pajjiż hawn faqar ambjetnali. Din hi grigalata fuq l-ambjent tagħna, sostna Ivan Bartolo, li kompla li din hi aggressjoni u rgħiba fuq l-ambjent.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fl-2013 Joseph Muscat dejjem emmen li jkun hemm bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp fejn anki kien poġġa l-ambjent fost l-ogħla prijoritajiet tal-PL. Hu kompla li Joseph Muscat kien jgħid li l-PL irid jagħti l-eżempju iżda fir-realtà qed tintefa’ piż enormi fuq l-infrastruttura fejn żviluppatur ried jifga lin-nies f’San Ġiljan iżda hu ried jibni villa f’ODZ f’Għawdex. Joseph Muscat iġġustifika l-permess maħruġ f’Għawdex fejn id-deputat Laburista Clayton Bartolo ivvota favur għax qal li dan sar skont il-policy; meta kien l-Gvern Laburista li biddel il-policy u ġab lill-Awtorità tal-Ippjanar kompliċi fil-ħasil tal-flus ta’ nies viċin tiegħu.
Id-deputat Laburista kompla li li kien il-Gvern Laburista li poġġa lil Clayton Bartolo fil-kariga u sostna li Alfred Sant ukoll kritika dan il-permess. Malta u la-rja saru maħmuħa iżda l-flus illum saru l-alla għall-pajjiż inkluż in-nie sli kienu jiltaqgħu fir-raba’ sualr taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Il-Maltin huma mweġġa’; l-Oppożizzjoni qed tagħmel dmirha u qed titkellem.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li erbgħa min-nies stupraw lill-pajjiż u sostna li qabel l-2013 Joseph Muscat kien qal li ma jistax ikun li l-politiċi jfallu milli jħallu futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri.
//= $special ?>