Internazzjonali

F’LEEDS: Il-pulizija attakata bil-logħob tan-nar

Battalja ta' lwien f'nofs ta' lejl

Logħob tan-nar kien sparat fid-direzzjoni ta’ numru ta’ pulizija tal-irvellijiet wara li wieġbu għal rapporti ta’ mġieba ħażina fiż-żona ta’ Harehills Road f’Leeds.

Dan ġara meta gruppi ta’ żgħażagħ kienu qed jitfgħu il-logħob tan-nar f’kontenituri taż-żibel. Fl-istess waqt qajmu pandimonju sħiħ fiz-zona li ġiet deskritta qisha zona tal-gwerra.

Uffiċjali bit-tagħmir tal-irvellijiet marru minnufih biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, infatti diversi persuni ġew arrestati u qed jinżammu għal aktar investigazzjonijiet.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, madankollu diversi vetturi tal-pulizija spiċċaw maħruqa bil-logħob tan-nar.