Lokali

Il-Malta Maritime Pilots b’ investiment biex jilqgħu għal tixrid ta’ żejt fil-baħar

Il-Kooperattiva Malta Maritime Pilots investiet iktar minn €100,000 f’inflatable booms ġodda u mal-€20,000 oħra f’taħriġ biex pajjiżna jkun preparat għall-eventwalità li jixtered żejt fil-baħar, fl-inħawi tal-Port Ħieles.

B’dan l-investiment, u f’temp ta’ inqas minn kwarta, jekk joħroġ xi żejt fil-baħar dan se jinżamm f’żona kontrollata biex jinġabar qabel issir ħsara ferm ikbar.

Dawn l-inħawi diġa’ kellhom booms apposta biex jilqgħu għal xi inċident simili, iżda issa l-ħin biex jintefħu u jibdew jintużaw naqas drastikament.

Net News tkellem mċ-Chief Pilot Jesmond Mifsud dwar xi jfisser dan l-investiment ġdid.C

Dan l-investiment ġdid ifisser ukoll li ż-żona hi ppreparata għall-eventwalità ta’ inċident anke f’baħar imqalleb … xi ħaġa li s’issa kienet problema.

Dan l-investiment isaħħaħ u jikkumplimenta dak li sar mill-amministrazzjoni tal-Port Ħieles.C

Minkejja dan l-investiment maġġuri, it-tama tibqa’ li dan ma jintuża qatt għaliex ma jkunx hemm bżonnu…bil-prevenzjoni tibqa’ dejjem l-ewwel prijorità.