Qbil komuni fost diversi għaqdiet ambjentali illi l-membri tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar għadhom jirriżenjaw. Dan wara l-iskandlu tal-permess għall-bini ta’ villa fuq art ODZ fil-Qala Għawdex.
Erba’ mistiedna minn oqsma differenti relatati mal-ambjent, l-Erbgħa kienu l-mistiedna ta’ Amy Borg fil-programm Net Live.
Astrid Vella mill-Għaqda Flimkien Għal Ambjent Aħjar, qalet li f’dawn l-aħħar snin rajna sensiela ta’ każi ta’ permessi abbużivi. Hija sostniet li m’għadx hemm trasparenza u responsabbiltà fl-Awtorità tal-Ippjanar.
Alfred Baldacchino, eks Assistent Direttur fil-MEPA, saħaq li dawk kollha li vvutaw favur dan il-permess ma tawx każ tar-responsabbiltà li kellhom.
Il-Perit Alex Torpiano, Preisident ta’ Din l-Art Ħelwa, min-naħa tiegħu sostna li l-vot mhux vera li ttieħed skont il-policy.. stqarrija ċara li tgiddeb dak li qal il-Prim Ministru nhar il-Hadd li ghadda meta kien f’Ghawdex.
Karl Buttigieg, Kunsillier f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill tal-Qala, sostna li l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet maħtufa min-nies li m’għandhomx għal qalbhom l-ambjent. Izda issa, jistenna li l-Awtorità tirrrevoka dan il-permess.
Jidher li anke l-ERA se tappella minn din id-deċiżjoni – deċiżjoni li ħadu dawn is-seba’ membri tal-bord tal-Awtorita tal-Ippjanar; deċiżjoni skandaluza favur bini ta’ villa bil-pool f’nofs l-ghelieqi, li tista’ tgħid ħadd ma qabel magħha.
//= $special ?>