Għat-tmien sena konsekuttiva jirritorna l-Valletta Baroque Festival… b’31 kunċert madwar 17-il post differenti f’Malta.
Il-festival li se jsir bejn l-10 u l-25 ta’ Jannar li ġej, se jinkludi fih diversi artisti kbar kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Huma se jkunu qed joffru mużika minn Monteverdi sa Bach, u ħafna iktar.
Id-Direttur Artistiku tat-Teatru Manoel Kenneth Zammit Tabone spjegalna x’se jkun qed jistenna l-pubbliku li se jattendi għal dan il-Festival… fi sfond ta’ patrimonju artikettoniku Malti mill-isbaħ.
Dan il-festival ta’ mużika Barokka se jkun qed joffri xi ħaġa għal kulħadd, u għal dawn l-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma intensiva biex ikun possibbli li f’pajjiżna jkun hawn diversi artisti kbar internazzjonali.Fuq medda ta’ ġimgħatejn dan il-Festival se jkun ta’ attrazzjoni turistika mill-aqwa għal dawk it-turisti li se jkunu f’pajjiżna kif ukoll attrazzjoni għall-Maltin li se jattendu.
//= $special ?>