Fl-Unjoni Ewropea huwa stmat li 42% tal-iskart tal-ippakkeġġjar tal-plastik ġie riċiklat fl-2017. F’seba’ stati Membri tal-UE, aktar minn nofs l-iskart tal-ippakkeġġjar tal-plastik iġġenerat ġie riċiklat fl-2017. Dan ħareġ mill-istatistika tal-Eurostat.
Dan iżda b’kuntrast għal Malta, li 24% biss tal-ippakkeġġjar tal-plastik ġie riċiklat fl-2016, il-Eurostat indikat li għall-2017 ma kienx hemm informazzjoni.
Meta mqabbel mal-2005, ir-rata ta’ riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik żdied bi 18-il punt perċentwali fl-UE (minn 24% fl-2005 għal 42% fl-2017).
Rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-Parlament Ewropew pubblikat f’Settembru 2017 jispeċifika li Malta qed taqa’ lura f’diversi setturi tal-implimentazzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar l-iskart.
Minn dan ir-rapport jirriżulta li Malta mhix tilħaq il-miri tar-riċiklaġġ b’marġni qawwija f’diversi oqsma fosthom ir-riċikaġġ, il-ġbir ta’ skart mid-djar, il-ġbir ta’ tagħmir elettroniku u elettriku, l-ippakkeġġjar, il-karti u l-kartun, l-injam, il-metall u l-ħġieġ.
L-istatistika tal-Eurostat tikkonferma li għalkemm iddaħħlu skemi ta’ riċiklaġġ, pajjiżna għadu lura f’dan is-settur, bil-Gvern Malti klassifikat fl-aħħar post fost il-pajjiżi kollha tal-UE.
//= $special ?>