Il-Maġistrat Doreen Clarke laqgħet ir-rikors li għamlet l-għaqda tas-soċjetà ċivili Repubblika biex toħroġ il-verita fuq il-każ Vitals. Id-digriet mogħti ta’ 28 paġna jgħid li għandha ssir inkjesta dwar il-kondotta tat-tliet Ministri Chris Cardona, Edward Scicluna u Konrad Mizzi.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti qalet li l-allegazzjonijiet ta’ Repubblika dwar ħasil ta’ flus u korruzzjoni li jinvolvu t-tliet Ministru għandhom jiġu nvestigati. Ordni simili kienet ħarġet f’Lulju li għadda mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li ssir inkjesta fuq l-imsemmija Ministri flimkien ma’ Ian Vassallo, is-sid ta’ Technoline li jisuplixxi tagħmir għall-isptarijiet.
Madankollu f’Ottubru li għadda kien ġie revokat milll-Imħallef Giovanni Grixti, li bidel deċiżjoni mogħtija mill-ewwel biex issir inkjesta dwar it-trasferiment li għamel il-Gvern fil-konfront tat-tliet sptarijiet li ngħataw lil Vitals Global Healthcare. Il-grupp tas-soċjetà ċivili Repubblika baqa’ jippersisti u ppreżenta rikors fil-Qorti tal-Maġistrati fejn għamel talba għal inkjesta oħra.
L-għaqda Repubblika kienet talbet lill-avukat tagħha Jason Azzopardi biex jerġa’ jitlob għal inkjesta oħra, u mhux hemm biss iżda aġġornaw it-talba tagħhom b’aktar informazzjoni li ħarġet wara li kienu għamlu l-ewwel talba tagħhom, ukoll fil-Qorti tal-Maġistrati.
L-Avukat Andrew Borg-Cardona kien ukoll għamel ilment dwar id-deċiżjoni li huwa rrevoka lill-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja biex tieħu konjizzjnoni dwar l-aġir u l-kondotta tal-istess Imħallef.
Fid-digriet mogħti mill-Maġistrat Doreen Clarke kienu miċħuda l-argumenti li għamlu t-tliet Ministru li today Repubblika ma ppruvatx fl-ebda ħin li jista’ jkun hemm tixħim u korruzzjoni.
Ingħad ukoll li l-liġi tagħti liċ-ċittadini privati d-dritt li jitolbu għall-inkjesta iżda ma tagħtix id-dritt lill-istess ċittadini l-poter eżekuttiv meħtieġ biex tinġabar l-evidenza. Iċ-ċittadini ma jistgħux iwettqu arrest jew inkellu jagħmlu stħarriġ għal xi dokumenti, u l-inkjesta għandha dan l-iskop.
Il-Maġistrat qalet ukoll li f’dan l-istadju ma tistax tagħmel verifiki fuq l-argumenti tal-Ministri għaliex huma jemmnu li ma hemmx xejn ħażin fil-fatt li l-isptarijiet ġew privatiżżati. Hija l-inkjesta li għandha tiddeċiedi dan kollu.
Il-Maġistrat fakkret ukoll li meta uffiċjal tal-Pulizija jagħmel talba biex tinfetaħ inkjesta minħabba xi reat suspettuż, ma jkunux mistennija jipprovdu xi evidenza li timbotta t-talba tagħhom u li tipikament ikunu fil-bidu ta’ proċess li jiġbru l-provi.
Il-Maġistrat Clarke ordnat li t-tliet Ministri jiġu miżjuda fil-lista tas-suspetti fl-inkjesta tal-isptarijiet li bħalissa qed titmexxa mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Oriġinarjamnent it-talba kienet saret mill-grupp tas-soċjetà ċivili Repubblika f’applikazzjoni li kienu għamlu ta’150 paġna f’Mejju li għadda. L-attivisiti kienu ddeskrivew lill-Ministru li kienu qegħdin jiffaċilitaw ‘il-piraterija moderna’.
Il-grupp riedu li ssir inkjesta Maġisterjali biex jiġi stabbilit jekk hemmx kompliċità kriminali mit-tliet Ministri u Ivan Vassallo, sid ta’ kumpanija li tissuplixxi l-mediċini, fuq it-trasferiment tal-isparijiet.
Il-Ministri argumentaw li l-allegazzjonijiet kienu spekulattivi fin-natura tagħhom u saru minn persuni motivati politikament. Vassallo ma kienx appella mid-deċiżjoni kif għamlu l-Ministri. Huwa mistenni li jsir appell mid-digriet tal-Maġistrat Doreen Clarke.
//= $special ?>