Lokali

Raġel jaqa’ minn għoli fiż-Żurrieq

Raġel mis-Sudan sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed jagħmel i xogħol. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra, fi Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq,

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel mis-Sudan, li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa, waqa’ madwar tliet sulari għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’gallarija ta’ residenza.

Il-vittma kien assistit minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.