Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ fis-07:00 fi Triq Ħal Tarxien bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 56 sena miż-Żejtun u vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 44 sena minn Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn feriti ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>