- Jason Azzopardi, PN
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sfida lill-Ministru għll-Ambjent biex għada jagħti aċċess lill-ġurnalisti, lill-Oppożizzjoni u lill-għaqdiet ambjnetali beix jidħlu fil-Magħtab ħalli jaraw u jikkonfermaw i-ssitwazzjoni diżastruża li hemm fiha.
Fl-Aġġornament tal-parlament Jason Azzopardi qal li llum Malta hi mnittna u maħmuġa bi gvern imnitten li qed initten pajjiż f’kull sens. Dan hu gvern imnawwar mill-korruzzjoni bla preċedent li qed inawwar lis-soċjetà.
L-Awtorità tal-Ippjanar saret kompliċi fil-ħasil tal-flus permezz ta’ ċertu spekultauri tal-art, sostna Jason Azzopardi, li kompla li dan qed isir fuq art ODZ. Kull min jgħaddi minn Triq il-Kosta f’Baħar iċ-Ċagħaq jinduna li l-Magħtab illum hu bla kontroll fejn il-Ministru Herrera tilef kull kontroll kif ġralu fil-Wastserv.
Hu rrifera għal video ta’ persuna li ttella’ fuq facebook li juri trakk tal-Wasteserv jarmi illegalment f’għalqa tal-Wasterve oġġetti demosetiċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa ambjentali. Dan qed isiru bi ksur tal-permess tal-ERA li kien għal 49 tunnellata biss iżda hemm ferm iktar minn 700 tunnellata li qed jiżdeidu ta’ kull ġimgħa. Allaħares qatt dawn jaqbdu! iżda l-Ministru Herrera u l-Wasterv ma jikkummentawx.
Jason Azzopardi kompla li l-Gvern ma jimpurtahx mill-ambjent u qal li fil-Magħtab hemm tmexxija ħażina. Sal-2013 ma kienx hemm irwejjaħ fiż-żona iżda issa fl-aħħar sentejn u nofs is-sitwazzjoni tilfet il-kontroll b’nirien regolarment. Il-fdalijiet ta’ ċertu skart bħall-kartun u injam ukoll qed jintrema l-Għallies kontra l-liġi.
Għaddejjin ħafna iktar illegalitajiet; fejn l-ispejjeż ta’ manutnzjoni fl-2016 ammontaw għal €70,000, fl-2017 telgħu għal €320,000, l-2018 għal €793,000 u fl-2019 din is-somma telgħet għal €770,000. Mhux ta’ b’xejn dawn l-irwejjaħ! sostna Jason Azzopardi, li kompla li l-Malta North ilu ma jkun jiffunzjona minn qabel l-Lulju 20019 u l-ERA kienet informata dwar dan. L-ERA mhux qed tafda t-tiswijiet li qed isiru.
Hu qal li l-borża l-griża minn Lulju 2019 qed tinġabar għalxejn għaliex il-Magħtab ilu minn Lulju 2019 li mhux jiffunzjona u mhux operattiv.
F’Settembru 2019 l-PN kien sfida lill-Ministru għall-Ambjent biex l-għada jagħti aċċess lill-media fl-inċineratur tal-Marsa u fl-Impjant ta’ Sant’Antin li qed initten kullimkien iżda l-Ministru ma laqax din l-isfida.
Jason Azzopardi sfida lil-Ministru għall-Ambjent biex fl-interess tar-residenti tal-Magħtab jagħti serħan il-moħħ lil dawn in-nies biex għada jingħata aċċess lill-għaqdiet ambjentali, lill-ġurnalisti u lill-Oppożizzjoni fl-Għallies fil-Magħtab biex kulħadd ixomm u jara fejn hi l-verità u fejn qed imur il-materjal sorted out. Hu staqsa għaliex l-esportazzjoni tat-tyres sparixxiet u fejn qed jinżammu t-tyres minħabba li l-Wasterv m’għadhiex iżżomm it-tyres għax il-gvern m’għadux jesporta t-tyres.
L-ambjent fil-pajjiż mar il-baħar; Malta hi mnawra, imnittna u maħmuġa bl-aktar gvern korrott fejn fl-ambjent il-gvern qed jiġi jaqa’ u jqum quddiem dan l-isfreġju ambjentali.