Futbol Sport

Tliet konfronti bejn timijiet tal-Kampjonat Premier fit-Tielet Rawnd tal-FA Trophy

Illum fit-Trophies Lounge fil-Millenium Stand telgħu l-poloz tat-Tielet u r-Raba’ Rawnd tal-FA Trophy. Fit-Tielet Rawnd jispikkaw tliet konfronti bejn timijiet tal-Kampjonat Premier hekk kif Gżira United telgħu kontra Senglea Athletic, Sliema Wanderers jilagħbu kontra Santa Lucia u Tarxien Rainbows telgħu kontra Ħamrun Spartans, b’tal-aħħar jerġgħu jiffaċċjaw tim tal-Kampjonat Premier kif ġara fl-istaġun li għadda.

Fir-Raba’ Rawnd teżisti l-possibbiltà li jekk jirbħu l-logħbiet tagħhom fil-fażi preċedenti, l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika tal-Kampjonat Premier, jiġifieri Floriana u Gżira United, jiltaqgħu kontra xulxin.

B’kollox kien hemm sitt timijiet li kienu seeded. Dawn huma Balzan, Gżira United, Ħamrun Spartans, Hibernians, Sliema Wanderers u Valletta, li huma t-timijiet li spiċċaw fl-ewwel sitt postijiet fil-Kampjonat Premier fl-istaġun li għadda. Ir-rebbieħa tal-istaġun li għadda Balzan, Birkirkara, Hibernians u Valletta kollha jibdew favoriti fil-konfronti tagħhom. Fatt interessanti hu li Birkirkara reġgħu telgħu fl-istess polza tal-istaġun li għadda kontra Nadur Youngsters.

Il-fażi tal-aħħar 32 tinvoli l-14-il tim tal-Kampjonat Premier, disa’ timijiet mill-Ewwel Diviżjoni, ħames timijiet mit-Tieni Diviżjoni u erba’ timijiet mill-Ewwel Diviżjoni ta’ Għawdex. Inċidentalment, 24 tim li jinsabu fit-Tielet Rawnd f’dan l-istaġun, kienu preżenti fl-istess fażi l-istaġun li għadda.

Il-logħbiet tat-Tielet Rawnd jintlagħbu bejn il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru u l-Ħadd 1 ta’ Diċembru. Il-logħbiet tar-Raba’ Rawnd jintlagħbu bejn il-Ġimgħa 24 u l-Ħadd 26 ta’ Jannar.

It-Tielet Rawnd

Balzan v San Ġwann

Żejtun Corinthians v Hibernians

Gżira United v Senglea Athletic

St. Andrews v Valletta

Sliema Wanderers v Santa Lucia

Tarxien Rainbows v Ħamrun Spartans

Kerċem Ajax v Sirens

Floriana v Melita

Qormi v Swieqi United

Rabat Ajax v Mosta

Pembroke Athleta v Żabbar St. Patrick

Birkirkara v Nadur Youngsters

Żebbuġ Rangers v Victoria Hotspurs

Gudja United v Lija Athletic

Mqabba v Pietà Hotspurs

Xewkija Tigers v Mġarr United

Ir-Raba’ Rawnd

Qormi/Swieqi v Tarxien/Ħamrun

Balzan/San Ġwann v Sliema/Santa Lucia

Pembroke/Żabbar v Żejtun/Hibernians

Żebbuġ/Victoria v Gudja/Lija

Mqabba/Pietà v Xewkija/Mġarr

Floriana/Melita v Gżira/Senglea

St. Andrews/Valletta v Kerċem/Sirens

Rabat/Mosta v Birkirkara/Nadur