Lokali Qorti

Żagħzugħ jitressaq il-Qorti ta’ Għawdex

Illum, il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti ta’ Għawdex, quddiem il-Maġistrat Monica Vella, żagħżugħ ta’ 20 sena residenti n-Nadur.

Huwa ġie akkużat talli matul il-lejl bejn id-19 u l-20 ta’ Ġunju, 2019, seraq ammont ta’ flus kontanti, ġojelli u oġġetti oħra minn residenza fiż-Żebbuġ, Għawdex, kif ukoll li fis-27 t’Ottubru, 2019, fi Pjazza J.F. Kennedy, ġewwa r-Rabat, Għawdex, ikkaguna ġrieħi ħfief fuq persuna, fost akkużi oħrajn.

Huwa kien akkużat ukoll li bejn l-4 u l-5 ta’ Novembru, kif ukoll fil-ġimgħat ta’ qabel naqas li jsegwi kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati.

L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal 4 snin u nħarġet garanzija għal-perjodu ta’ sena favur il-vittma.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur B.C. Spiteri.

Tags