Lokali

Alfred Pule jirriżenja mill-Bord tal-PA – Ian Borg jistenbaħ dwar il-kunflitt ta’ interess

Il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borg stenbaħ dwar il-kunflitt ta’ interess tal-membru tal-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar Alfred Pule li vvota favur il-proġett kontroversjali għall-aħħar ta’ żvilupp fuq art ODZ fil-Qala, Għawdex.

Din l-ammissjoni toħroġ mill-istqarrija uffiċjali tal-istess Ministeru li qal li kien Membru Parlamentari li ġibidlu l-attenzjoni dwar il-kunflitt ta’ interess ta’ Alfred Pule.

Alfred Pule kien ilu biss xahar fil-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar u nħatar biex jieħu post Matthew Pace, li kien irriżenja mill-Bord wara każ ieħor ta’ kunflitt ta’ interess, daw il-proġett fil-Bajja ta’ San Ġorġ.

Fl-2016, Alfred Pule kien biegħ art f’Ħal Lija lil Joseph Portelli – l-iżviluppatur Għawdxi wara l-proġett fil-Qala – sabiex dan tal-aħħar itella’ blokka appartamenti.

L-istess Pule, li fil-passat kellu relazzjoni kummerċjali ma’ Portelli, bħala membru tal-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, kien wieħed minn dawk li vvota favur l-iżvilupp skandaluż fil-limiti tal-Qala.