Għall-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, li 7,000 persuna damu sitt xhur jistennew għal appuntament fl-Out-Patients hi frott l-attività li qed iżżid sena wara l-oħra f’dan id-Dipartiment.
NET News staqsa lill-Ministru jekk tinkwetahx ix-xena mxandra lejliet, fuq NETnews.com.mt, b’għexieren ta’ persuni jistennew bilwieqfa għal tul ta’ ħin fl-Out-Patients biex jinqdew.
Dan fid-dawl tar-rapport maħruġ ftit tal-jiem ilu mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO), li żvela ċ-ċifra xokkanti ta’ 7,000 persuna li damu jistennew sitt xhur għal appuntament. Iżda d-Deputat Prim Ministru prova jqabbel iċ-ċifri ma’ dawk ta’ żmien Gvernijiet Nazzjonalisti, minkejja li l-Partit Laburista issa ilu sitt snin fil-Gvern.
U meta ffaċċjat mill-ġdid biċ-ċifri tas-sitwazzjoni tal-lum – anke wara l-wegħda fil-Manifest Elettorali Laburista ta’ sitt snin ilu li jnaqqas il-pressjoni fuq l-Out-Patients – il-Ministru Fearne insista li dawn il-problemi huma frott l-attività kbira fl-Isptar.
Min-naħa l-oħra, hu ħassu skomdu jikkummenta jekk il-politika tal-Gvern li minn sena għall-oħra jżid il-barranin f’pajjiżna hijiex iżżid il-presjsoni fuq il-ħaddiema fl-Isptar. Fil-fatt, hu bħal tefa’ l-ballun f’saqajn il-ħaddiema meta qal li ladarba qed tiżdied il-popolazzjoni, għandhom jiżdiedu s-servizzi.
Din l-istrateġija tal-Gvern Laburista tistona mal-pozizzjoni tal-MUMN illi ilha zmien twil tiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-ammont enormi ta’ barranin qed igib mieghu pressjoni kbira, inkluz fl-Out-Patients.
//= $special ?>