Futbol Kurżitajiet Sport

Għalfejn Raheem Sterling ma jafdax lit-tarbija tiegħu f’idejn Kyle Walker?

Il-media soċjali, matul il-lejl li għadda kienet mimlija b’diversi posts dwar id-difensur ta’ Manchester City, Kyle Walker li fil-konfront li t-tim Ingliż kellhom kontra Atalanta, spiċċa jilgħab bejn il-lasti.

Dan ġara wara li l-goalkeeper numru wieħed kellu jinbidel u l-goalkeeper tar-riserva spiċċa mkeċċi.

Madanakollu, l-iktar persuna viċin Walker, il-kompatrijot u kollega, Raheem Sterling fuq twitter saħaq li għalkemm din kienet xi ħaġa tad-daħq żgur mhux se jafda lit-tfal tiegħu f’idejn Walker … probabilment għaliex Walker ħarablu xi ballun jew tnejn.

It-tim ta’ Manchester City stess, permezz tal-paġna uffiċjali tagħhom fuq twitter raw lil Walker fil-lasta bħala xi ħaġa tad-daħq tant li biddlu l-website tagħhom u żiedu lil Walker bħala goalkeeper fil-lista tal-iskwadra.

Apparti dan kollu, Kyle Walker spiċċa biex ma sofra l-ebda goal u għalekk, statistikalment qiegħed fost l-aqwa jekk mhux bl-aqwa rekord fost il-goalkeepers Ingliżi fl-istorja taċ-Champions League… dan għaliex l-ebda goalkeeper Ingliż m’għandu rekord straordinarju f’din il-kompetizzjoni.