Jidher li għall-ħabta tas-6:30am tal-Ħamis filgħodu seħħ inċident fl-akwati ta’ Buqana.
Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident li fih kienu involuti żewġ karozzi li għal xi raġun tilfu l-kontroll, kellhom impatt żgħir u anke spiċċaw fuq is-central strip.
Dan l-inċident jista’ jkun li seħħ kawża tal-maltemp li għamel matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.
Il-pulizija kienet imsejħa fuq il-post fejn iżda ma kienx hemm bżonn ta’ asistenza medika hekk b’xorti tajba ħadd ma weġġa’.
//= $special ?>