Knisja Lokali Mużika

Ir-Requiem e Resurrectio et Vita se tittella’ fil-Katidral tal-Imdina b’risq id-Dar tal-Providenza

Is-St Paul Metropolitan Orchestra, taħt it-tmexxija tal-Maestro Mark Agius, se ttella’ r-Requiem e Resurrectio et Vita, għada l-Ġimgħa fil-Katidral Metropolitan tal-Imdina.

Kritiċi tal-mużika jiddeskrivu din kompożizzjoni mużikali bħala waħda mill-isbaħ fir-repertorju sagru.

Dan kien kompost matul is-seklu 20 minn kompożitur Malti, il-Maestro Joseph Sammut, u ddedikat lill-eks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier. L-ewwel li ttella’ kien fil-31 ta’ Ottubru 1991 fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Dakinhar kien hemm preżenti il-Konsulent Ġermaniż Bernd Glathe, li rranġa biex din il-kompożizzjoni tittella’ wkoll f’Università Ġermaniża, taħt it-tmexxija tal-istess Maestro Sammut.

Id-dħul mill-kunċert ta’ għada, li jibda fis-7.30pm, se jmur kollu għad-Dar tal-Providenza.