Lokali

“Ma tgħallimna xejn mill-Moneyval” – Mario Mallia, CEO tal-Bank of Valletta

Stqarrija iebsa mill-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta Mario Mallia waqt li kien mistieden fuq il-programm Dissett fuq l-istazzjon Nazzjonali, meta qal li qisna ma tgħallimna xejn mir-rapport tal-Moneyval.

Mallia kien qed jiddiskuti s-sitwazzjoni tas-servizzi bankarji f’pajjiżna u kien qed iwieġeb mistoqsija tal-preżentatur, li staqsa kif jistgġu jiġu ġġustifikati l-ħafna mistoqsijiet li jsiru lill-klijenti tal-bank dwar il-flus li jkun se jpoġġu jew jiġbdu mill-bank.

Mallia wieġeb u qal li qisna għadna ma tgħallimna xejn mir-rapport Moneyval u li llum Malta għandha problemi għaliex, il-pereċezzjoni barra minn Malta hi li għandna ċertu riskji ta’ ħasil ta’ flus

Ir-rapport Moneyval kien ta ċamata lill-Gvern f’diversi oqsma,… fejn fost l-oħrajn qal li pajjiżna falla f’dak li hu risk management, investigazzjonijiet u prosekuzzjoni f’każi ta’ ħasil  ta’ flus u l-prevenzjoni ta’ kriminilità finanzjarja.

Mario Mallia kien qed jitkellem fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed tiżviluppa għal dak li hu ħasil ta’ flus u l-effetti tiegħu fuq il-banek. Hu qal li l-folja inqalbet f’dak li hu ħasil ta’ flus, mhux biss Malta imm anke internazzjonalment.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta qal li l-Bank qed jieħu diversi miżuri biex jassigura l-pożizzjoni tiegħu, fosthom li ma jaċċettax kontijiet ta’ kumpaniji li mhumiex irreġistrati f’pajjiżna. Dan dejjem fid-dawl tal-klima dejjem tinbidel fid-dinja bankarja, mhux biss lokalment, imma anke internazzjonalment.