Fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f’Nyon l-Iżvizzera lbieraħ ittellgħu l-poloz tal-gruppi preliminari tal-EURO 2020 tal-Futsal.
Malta li se tospita wieħed minn dawn il-gruppi ta’ kwalifikazzjoni telgħet fi Grupp Ċ flimkien mal-Iżvezja, l-Polonja u l-Greċja.
Il-logħbiet ta dan il-grupp se jsiru kmieni s-sena d-dieħla bejn id-29 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar, bil-logħbiet jintlagħbu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport.
Iktar kmieni din is-sena Malta kienet lagħbet kontra l-Iżvezja f’logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futsal, u Malta kienet megħluba 5-1.
Il-fażi finali tal-EURO 2020, b’format ġdid ta’ 16-il pajjiż finalista se ssir fl-Olanda