Numru ta’ partitarji ta’ Celtic spiċċaw aggrediti b’sikkina f’każ illi żviluppa f’bar ġewwa Ruma.
L-Iskoċċiżi jinsabu fil-kapitali Taljana hekk kif illejla tintlagħab il-partita tal-Europa League bejn Lazio u Celtic. Il-media Taljana qed tirrapporta li kien partitarju tal-Ultras ta’ Lazio li prova jagħti daqqiet ta’ sikkina lil xi sostenituri ta’ Celtic illi kienu miġbura f’dan il-bar.
Fil-post waslu l-Pulizija u żewġ ambulanzi, għalkemm jidher li l-partitarji ġarrbu biss ġrieħi ħfief.
Is-sostenituri ta’ Lazio laħqu ħarbu mill-post.
//= $special ?>