Lokali

Rabja fost id-dilettanti tal-ħamiem

L-Assoċċjazzjoni Maltija tal-Ħamiem (Malta Pigeon Federation), tinsab irrabbjatha minn kif qed jiġu trattati numru ta’ ħamiem tal-ġiri waqt li qed ikunu qed jitħarrġu, itiru madwar il-Gżejjer Maltin … dawn jidher li qed ikunu fil-mira ta’ xi kaċċaturi.

Dan saħquh magħna persuni li jiffurmaw parti minn din l-assoċċjazzjoni.

Ħafna ħamiem qed jaslu lura għand sidhom b’bosta tiri u ċomb kif jixdhu ritratti li numru ta’ dilettanti wrew lil Net News matul il-ġranet li għaddew.

Madwar 900 mitt persuna jiffurmaw parti minn din l-assoċċjazzjoni, dilettanti li ġejjien minn madwar Malta u Għawdex.