Futbol

Ray Farrugia jsejjaħ l-iskwadra għal kontra Spanja u n-Norveġja

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia ħabbar skwadra ta’ 24 plejer għall-aħħar żewġ impenji tat-tim nazzjonali Malti fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020.
L-impenji li jmiss huma kontra Spanja f’Cadiz fil-15 ta’ Novembru, u tlett ijiem wara fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali, fejn Malta ttemm l-impenji tagħha f’dan il-grupp bil-logħba kontra n-Norveġja.
Mingħajr dubju li dawn huma żewġ impenji mill-iktar diffiċli għat-tim Malti, tim Malti li mingħajr dubju jrid l-ewwel jgħolli l-moral wara t-telfa deludenti kontra l-Gżejjer Faroe fl-aħħar ħarġa tat-tim Malti.
Fil-grupp ta’ 24 imsejjħa minn Farrugia hemm żewġ plejers li qed jissejħu għall-ewwel darba. Dawn huma l-goalkeeper żagħżugħ Rashed Al-Tumi li għad għandu biss 19-il sena u li jilgħab fis-Serie D fl-Italja ma’ Casarano, u l-midfielder ta’ 24 sena Brandon Paiber li qed ikollu staġun mill-iktar pożittiv mal-leaders tal-Kampjonat Premier Floriana.
Imsejjaħ fl-iskwadra hemm ukoll id-difensur ta’ esperjenza ta’ Valletta Steve Borg, li se jitlef il-logħba f’Cadiz għaliex se jkun sospiż, iżda jkun disponibbli għal Malta fl-aħħar logħba kontra n-Norveġja.
L-iskwadra kollha msejjħa minn Ray Farrugia hi din:
Goalkeepers: Henry Bonello (Valletta); Justin Haber (Gżira United); Rashed Al-Tumi (Casarano Calcio).
Difensuri: Andrei Agius (Hibernians), Ferdinando Apap (Hibernains), Joseph Mbong (Hibernians); Steve Borg (Valletta), Jonathan Caruana (Valletta), Joseph Zerafa (Valletta); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Zach Muscat (SC Olhanense); Jurgen Pisani (Floriana).
Midfielders: Triston Caruana (Ħamrun Spartans); Juan Corbalan (Gżira United); Paul Fenech (Balzan); Jake Grech (Hibernians), Dunstan Vella (Hibernians); Nikolai Muscat (Gżira United); Rowen Muscat (Valletta); Brandon Paiber (Floriana).
Attakkanti: Alfred Effiong (Balzan); Luke Gambin (Colchester United); Michael Mifsud (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta).