Il-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona ippreżentaw appell urġenti fuq id-digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati biex issir inkjesta kriminali fil-konfront.
Id-digriet mogħti nhar l-Erbgħa mill-Maġistrat Doreen Clarke kien laqa’ talba ta’ Repubblika requesting biex jiġu nvestigati l-allegazzjonijiet kriminali fil-konfront tal-Ministri msemmija fuq l-għoti tal-tliet sptarijiet lill-kumpanija an Vitals Global Healthcare.
Il-Maġistrat f’digriet li kienet tagħat qalet li evidenza ġdida dwar il-kondotta tat-tliet Ministri timmerità nkjesta fuq kif sar il-bejgħ tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-isptar ġenerali t’Għawdex. Saret referenza biex din il-mnaterja tiġi trattata quddiem il-Qorti tal-Maġistrati diversement preseduta, li baħlissa qed tinvestigta lil Ivan Vassallo, is-sid li jisuplixxi tagħmir lill-isptarijiet permezz tal-kumpanija tiegħu Technoline.
Il-Ministru qegħdin jitolbu lill-Qorti tal-Appell biex tirrevoka d-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati, fejn qegħdin jitolbu li tiġi ddikjarata nulla. Huma qgħdin jargumenaw li l-Maġistrat Clarke marret oltre mit-talba mitluba minn Repubblika fejn skont huma dawn talbuha biss biex tiddeċiedi jekk hemm lok għall-inkjesta jew le.
Il-Ministri qalu wkoll li t-talba ta’ Repubblika hija waħda identika għal dik li kienet ġiet preżentata qabel, li kienet ukoll tikkonċerna l-istess partijiet u l-istess suġġett, li finalment liema talba kienet miċħuda mill-Imħallef Giovanni Grixti fit-3 ta’ Ottubru.
L-appell jgħid ukoll li l-intenzjon ta’ Repubblika dejjem kienet ċara, dik li jibqgħu jippersistu biex jippreżentaw appelli identiċi sakemm tiġihom waħda tajba.
Il-Minstri qalu li l-Maġistrat Doreen Clarke b’mod mhux korrett interpretat regolament ħażin u fuq fatt mhux eżistenti, li jitfgħu dawl ħażin u bla bażi t-talbiet dwar korruzzjoni, u dan bil-għan biss biex jesponu lill-Ministri fi proċedura kriminali.
Fl-appell tagħhom il-Ministru staqsew …..x’korruzzjoni? liema frodi? Qalu li l-applikazzjoni twila ta’ Repubblika ta’ 109 paġna tikkontjenti biss spekulazzjoni bbażati fuq artikli, aħbarijiet, opinjonijiet, blogs u konġenturi bla bażi, komplew jgħidu. L-Avukati Aron Mifsud Bonnici u Christopher Vella iffirmaw l-appell.
//= $special ?>