Futbol Sport

Caputo jispikka b’doppjetta fir-rebħa ta’ Sassuolo

(Ritratt: EPA)

Sassuolo telgħu f’nofs il-klassifika meta fil-Mapei Stadium għelbu lil Bologna 3-1. Sassuolo marru fil-vantaġġ fl-34 minuta meta ġest akrobatiku ta’ Filip Djuricic spiċċa fid-direzzjoni ta’ FRANCESCO CAPUTO li kien fil-post il-ġust biex għeleb lil Lukasz Skorupski.

L-iskor sar 2-0 fit-68 minuta b’ħarba tajba ta’ JEREMIE BOGA iżda Bologna daħlu fil-logħba mill-ewwel żewġ minuti wara b’RICCARDO ORSOLINI jixħet fix-xibka wara li l-gowlkiper Andrea Consigli kien salva parzjalment kross mix-xellug. Iżda FRANCESCO CAPUTO temm kull tama ta’ rimonta minn Bologna meta għamel l-iskor 3-1 b’azzjoni personali fuq ix-xellug.