Internazzjonali

FILMAT: Għargħar kbar jolqtu t-tramuntana tal-Ingilterra

L-awtoritajiet qed jappellaw lin-nies biex joqogħdu ‘l bogħod mix-xmajjar minħabba l-possibiltà ta’ aktar għargħar f’partijiet tat-tramuntana tal-Ingilterra.

S’issa nħarġu madwar 120 twissija ta’ għargħar – dawn kollha fissru li hemm il-ħtieġa t’azzjoni immedjata. Il-biċċa l-kbira tagħhom kien f’Yorkshire, Greater Manchester, Derbyshire u Lincolnshire.

L-awtoritajiet qalu lir-residenti fiż-żoni l-aktar milquta li d-djar u n-negozji jistgħu jegħrqu, bl-ilma li jista’ jasal sal-vilaġġi u l-bliet b’għaġla kbira u li jista’ jkun ta’ periklu għal ħajjet in-nies. Infatti hemm il-biża li xi komunitajiet jistgħu jinqatgħu għalihom bl-ebda mezz ta’ komunikazzjoni.

F’Mansfield, 35 dar ġew evakwati bħala prekawzjoni u f’Sheffield seħħ inċident li seta’ kien fatali dan hekk kif mijiet ta’ persuni nżammu ġewwa kumpless tal-ħwienet minħabba l-periklu li kien hemm fit-toroq.