Prestazzjoni mill-aqwa ta’ Stevie Camilleri ma kinitx biżżejjed biex Roma Nuoto jevitaw it-tielet telfa tal-kampjonat. Hu kienu megħluba 14-12 minn RN Savona, b’Camilleri jsib ix-xibka xejn anqas minn tmien darbiet.
Savona qatt ma kienu minn taħt fil-konfront, b’Stevie Camilleri jiskorja doppjetta biex naqqas id-distakk għal 3-2. L-iskor saħansitra sar 8-4 fit-tieni sessjoni, b’Camilleri jiskorja l-ħames gowl ta’ Roma fit-tielet sessjoni.
Il-plejer ta’ 32 sena kompla jtella’ t-total personali fil-bidu tal-aħħar sessjoni bis-seba’ gowl ta’ Roma mis-centre, bl-listess plejer jiskorja minn penalty u ftit wara minn kontrattakk. Stevie Camilleri rnexxielu jiskorja żewġ penalties oħra. B’hekk wara sitt logħbiet, Camilleri jinsab fil-quċċata fil-klassifika tal-aqwa skorers tal-ogħla diviżjoni Taljana b’24 gowl.
Matthew Zammit li wkoll qed jilgħab fil-kampjonat A1 tal-Italja, skorja erba’ gowls iżda t-tim tiegħu Telimar Palermo ħareġ tellief 15-13 kontra Pallanuoto Trieste. Ix-Xellugi wkoll qed ikollu kampjonat pożittiv hekk kif b’dawn l-erba’ gowls, jinsab fid-disa’ post fil-klassifika tal-aqwa skorers, b’total ta’ 13-il gowl.
Filmati: RN Savona u LEN Acquatics