Ambjent Lokali

Herrera jfarfar fuq il-Wasteserve

Allegazzjonijiet mill-aktar serji dwar il-mod li bih il-Gvern qed jaħbi x’qed jiġri fil-Maghtab u kif qed jiġi dispost l-iskart li qed niġġeneraw. Bis-sorsi ta’ Net News jikkonfermaw li s-sitwazzjoni bħalissa fil-Maghtab hi waħda diżastruża.

Affaċjat bid-domandi ta’ Net News, il-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera qalilna li l-Magħtab hu aċċessibbli, għalkemm ma tax kelma jekk bħala media nistgħux nidħlu f’kull zona sabiex ninvestigaw dak li verament għaddej fuq ġewwa. Bil-Ministru jispiċċa jfarfar fuq il-Wasteserve

Però l-Ministru baqa’ ma weġibx b’mod dirett jekk hux se jagħtina aċċess biex ninvestigaw kull zona tal-Magħtab u x’qed jiġri eżattament mill-iskart.

Kien din il-ġimgħa stess fil-Parlament meta d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi żvela li l-borża l-griża ilha mis-Sajf tinġabar għalxejn. Dan għaliex il-Magħtab mhux jiffunzjona kif suppost. U l-Gvern dwar dan kollu qed jibqa’ fil-muta.