Kummerċ Lokali

Il-Kamra tal-Kummerċ tawgura lil Frank V. Farrugia

Frank V Farrugia - Chairman ġdid tal-Awtorità tax-Xandir

Il-Kamra tal-Kummerċ permezz ta’ stqarrija awgurat lil Frank V. Farrugia wara li leħaq Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir.

Farrugia ingħata dan l-irwol mill-President ta’ Malta, b’parir mill-Prim Ministru, b’diskussjoni mal-Kap tal-PN Adrian Delia.

Farrugia għandu snin twal ta’ esperjenza fit-tmexxija u fil-ħidma ta’ azjendi u ta’ organizzazzjonijiet kemm privati kif ukoll pubbliċi, fosthom bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali. Tul il-karriera huwa kellu numru ta’ karigi direttorjali, kemm f’bordijiet pubbliċi u anki privati. Huwa kien membru tal-Kunsill u tal-bord tat-tmexxija tal-Kamra tal-Kummerċ għal numru ta’ snin.